Id-difensur Spanjol Arvalo Arbeloa ħabbar li rtira mill-futbol. L-eks plejer ta’ Liverpool, Real Madrid u West Ham lagħab biss tliet logħbiet għal West Ham l-istaġun li għadda qabel ma nħall mill-kuntratt, u f’intervista mal-gazzetta Spanjola Marca żvela li kien se jirtira.
“Hu żmien li nsellem lil kulħadd. Fiżikament kont għadni niflaħ nilgħab,” qal Arbeloa. Id-difensur laterali għamel tliet snin ma’ Liverpool qabel ma rritorna mal-klabb li għamel id-debutt miegħu, Real Madrid fl-2009.
Mal-Ispanjoli, hu rebaħ kampjonat u darbtejn iċ-Champions League fejn lagħab fuq 200 logħba mal-Madrileni qabel ma’ ffirma ma’ West Ham f’Awwissu li għadda. Mistoqsi dwar x’se jkun il-futur tiegħu issa li waqaf jilgħab, hu qal li jkun lest jirritorna fi Stadio Bernabeu. “Madrid hu l-klabb ta’ ħajti, imma mhux se nitlob għal xogħol, madankollu dejjem miftuħ li noffri lili nnifsi,” temm jgħid l-Ispanjol.
//= $special ?>