Lokali

FILMAT: Il-Parlament Malti jiftaħ għat-tlettax-il leġiżlatura

It-tieni leġiżlatura li se tkun qed tiltaqa' fil-bini l-ġdid tal-Parlament

L-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż, il-Parlament, illum fetaħ għat-tlettax-il darba wara l-Elezzjoni Ġenerali tat-3 ta’ Ġunju, wara numru ta’ ċeremonji uffiċjali li se jsiru dalgħodu, fosthom ċelebrazzjoni fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann.

Għal din il-leġiżlatura, Anġlu Farrugia kien ikkonfermat Speaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti, filwaqt li d-Deputat tal-Oppożizzjoni Claudette Buttigieg inħatret Deputat Speaker. Imbagħad, l-elezzjoni b’vot tal-iSpeaker u d-Deputat Speaker tkun segwita mill-ġurament tal-ħatra tad-Deputati kollha eletti fl-aħħar elezzjoni ġenerali.

Il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca għamlet diskors, imħejji mill-Gvern bil-kollaborazzjoni tal-Uffiċċju tal-President, li nqara minn fuq is-Sede ewlieni tal-Kamra tar-Rappreżentanti.

Din hija t-tieni leġiżlatura li qed tiltaqa’ fil-bini l-ġdid tal-Parlament fid-daħla tal-Belt Valletta. Il-Parlament l-antik kien jiltaqa’ fil-Palazz tal-President tal-Belt.

Il-Parlament – Mill-Arkivji