Lokali

FILMAT: Jinġabru €355,353 b’risq id-Dar tal-Providenza

Matul il-programm Xarabank tal-Ġimgħa filgħaxija, inġabret is-somma ta’ €355,353.

Din is-somma sabiħa se tmur b’risq id-Dar tal-Providenza waqt din l-edizzjoni speċjali tal-programm. Diversi persunaġġi magħrufa mal-Maltin ħadu sehem f’din il-maratona ġbir ta’ fondi, fosthom il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca, l-Arċisqof Charles Scicluna, u numru ta’ Membri Parlamentari.

F’dan l-ispettaklu għat-telespettaturi fuq l-istazzjon nazzjonali ħadu sehem id-deputati Robert Arrigo, Jean Pierre Debono, u Kristy Debono.

Ma’ din is-somma sabiħa, issa jmiss li tiġi organizzata l-maratona tal-volleyball b’risq id-Dar tal-Providenza wkoll. Bħal kull sena, din il-maratona sportiva se ssir fis-sajf – din is-sena bejn it-30 ta’ Ġunju u 2 ta’ Lulju.