Raġel mill-Fillandja li jgħix u jaħdem f’pajjiżna mar minn jeddu fl-għassa tal-Pulizija biex jgħin lill-Pulizija wara li deher f’kameras tas-sigurtà jkisser karozza waqt li kien fis-sakra.
Net News jinsab infurmat li r-raġel kien avviċinat minn persuna oħra li rat l-istorja fuq dan is-sit wara li l-istess storja marret viral fuq Facebook b’appell biex ir-raġel jinstab.
Kien hawn li hu mar minn jeddu l-għassa tal-Pulizija, ammetta li kisser mera ta’ vettura privata u għamel ħsara fuq l-istess vettura, offra li jħallas l-ispejjeż kollha u talab skuża għal għemilu.
Jirriżulta li r-raġel ma kienx jaf b’dak li għamel, minħabba l-istat ta’ sakra li kien fih, iżda rrealizza li xi ħaġa ħażina ġrat għaliex stenbaħ l-għada filgħodu mimli feriti u tbenġil.
//= $special ?>