Lokali

FILMAT: Żagħżugħ ta’ 22 sena l-isptar wara ħabta ma’ karozza tal-linja

Żagħżugħ ta’ 22 sena kellu jittieħed l-isptar Mater Dei għall-kura wara ħabta bejn il-karozza li kien qed isuq u karozza tal-linja.

L-inċident seħħ bejn Ħal Qormi u l-Marsa, qrib iċ-ċimiterju tat-Torok għall-ħabta tal-erbgħa u għoxrin ta’ waranofsinhar u qrib iż-żona magħrufa bħala Istabal.

Iż-żagħżugħ, residenti Ħal Luqa, kien qed isuq karozza tat-tip Wolkswagen Polo meta għal xi raġuni seħħet il-ħabta mal-karozza tal-linja, li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 54 sena residenti Ħaż-Żabbar.

Apparti l-Pulizija, fuq u il-post kellhom imorru wkoll membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili minħabba l-ħsara pjuttost estensiva li ġarrbu ż-żewġ vetturi.