Lucas Tousart, il-captain tat-tim nazzjonali Franċiż fil-kategorija ta’ taħt il-21 sena, jinsab f’pajjiżna għal vaganza.
Ftit tal-ħin ilu l-plejer tella’ ritratt fuq Instagram li jurih jirrilassa fuq dgħajsa f’Kemmuna.
Attwalment il-plejer, midfielder ta’ 20 sena, jilgħab ma’ Lyon fil-Ligue 1 ta’ Franza u hu meqjus bħala wieħed mill-iktar plejers promettenti tant li jitqabbel mal-leġġenda Didier Deschamps u ma’ N’Golo Kanté ta’ Chelsea.



