Kunsilli Lokali Lokali

Il-KKLPN jifraħ lil Robert Cutajar bħala kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Kunsilli Lokali

Il-Kulleġġ Kunsilliera Lokali Partit Nazzjonalista fi stqarrija qal li jixtieq jieħu din l-opportunità biex jifraħ lill-Onorevoli Robert Cutajar għall-kariga tiegħu li tah il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil bħala kelliem tal-Oppożizzjoni tal-Kunilli Lokali. Il-KKLPN qiegħed iħares il-quddiem biex jaħdem id f’id mal-Onorevoli Cutajar biex bil-gwida tiegħu jfasslu il-politika lokali biex isservi ta’ ġid għal-lokalitajiet kollha ta’ Malta u Għawdex.

Il-President tal-KKLPN Alan Abela-Wadge kkonferma li l-istess kulleġġ għandu fiduċja assolita li taħt it-tmexxija u l-gwida ta Robert Cutajar il-Kunsilliera Lokali tal-PN ser jibqgħu jkunu il-fulkrum tal-kunsilli ta’ pajjiżna u jkunu inovattivi fl-ideat u fil-ħidma tagħhom għall-ġid tal-lokalitajiet tagħna.

Fi stqarrija l-KKLPN qal li jixtieq ukoll jinnota ir-ringrazzjament tiegħu lill Onorevoli David Agius għax-xogħol siewi li għamel fil-leġiżlatura li għaddiet fil-qasam tal-Kunsilli Lokali.

Ta’ min ifaħħar ukoll il-fatt li mill-oppożizzjoni taħt il-gwida ta l-Onorevoli Agius, il-Kunsilliera Lokali f’isem il-PN dejjem kienu minn ta’ quddiem nett biex joħorġu b’ideat ta’ ġid u sostenn għal-lokalitajiet Maltin u Għawdxin.