Fi stqarrija, il-Partit Demokratiku qal li bħala sinjal ta’ rieda tajba u bħala ġest ta’ unifikazzjoni li hu tant neċessarju biex jgħaqqad lill-pajjiżna, id-deputati Godfrey Farrugia u Marlene Farrugia stiednu lill-Prim Ministru Joseph Muscat biex idaħħal fis-seħħ l-Avviż Legali li hu bżonnjuż biex jagħti s-saħħa lill-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika, li sal-llum il-ġurnata għadu mhux infurzat.
Dan l-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika jinforza liġijiet li jipproteġu l-valuri li l-awtoritajiet ta’ pajjiżna għandhom jużaw bħala strumenti biex iwasslu għall-ġid komuni, jipprovdi t-tħaddim ta’ dawn il-valuri fis-settur pubbliku, u wkoll jipprovdi organizzazzjoni u mmaniġjar f’dan is-settur.
Il-Partit Demokratiku stqarr li b’din l-istedina qed juru lill-votanti li vvuttaw favur il-governanza tajba li se jkunu qegħdin jindirizzaw u jaħdmu immedjatament fuq dak li ġie mwiegħed, u li juri li l-Partit Demokratiku hu rikonoxxut u rispettat.
L-istqarrija tgħid li din il-mossa se twitti t-triq sabiex saħħaħ d-demokrazija ta’ pajjiżna, u kif ukoll tawgura tajjeb għal-leġislatura li ġejja.
//= $special ?>