Lokali

In-Nazzjon 24.06.2017

In-Nazzjon jagħti prominenza d-deċiżjoni tal-bieraħ tal-Grupp Parlamentari Nazzjonalista li lest li fl-Oppożizzjoni jikkopera mad-deputati Marlene Farrugia u Godfrey Farrugia.

Stejjer oħra ta’ interess fil-ġurnal jittrattaw id-deċiżjoni tal-Kunsill  Lokali ta’ Marsascala li unanimament qabel li jiddefendi binja li hi ikona fil-lokalità u li b’deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ippjanar din se titwaqqa’.

In-Nazzjon ukoll janalizza l-ħatriet li saru lbieraħ fil-Korp tal-Pulizija u kif twettaq l-eżerċizzju li żvela l-ġimgħa li għaddiet il-ġurnal, immirat biex jaqdi lil xi wħud tal-qalba fil-Partit Laburista.

L-opinjoni tal-lum b’analiżi politika hi ta’ Salvu Felice Pace, u hemm ukoll riflessjonijiet ta’ Fr Norbert Ellul u Fr Reno Muscat.