Lokali

RITRATTI: L-inawgurazzjoni tal-Parlament tat-13-il leġiżlatura mill-Indipendenza

Ritratti ta’ Joseph Galea.

Parlament fetaħ għat-tlettax-il leġiżlatura mill-Indipendenza ‘l hawn meta dalgħodu ħadu l-ġurament id-Deputati kollha eletti fl-aħħar elezzjoni ġenerali. Iċ-ċerimonja uffiċjali bdiet biċ-ċelebrazzjoni tal-quddiesa fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann.

Għal din il-leġiżlatura, Anġlu Farrugia kien ikonfermat Speaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti, filwaqt li d-Deputat tal-Oppożizzjoni Claudette Buttigieg inħatret Deputat Speaker. Imbagħad, l-elezzjoni b’vot tal-iSpeaker u d-Deputat Speaker kien imsegwija mill-ġurament tal-ħatra tad-Deputati kollha eletti fl-aħħar elezzjoni ġenerali inkluż il-Kap tal-PN Simon Busuttil.

Aktar tard, il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca għamlet id-diskors, imħejji mill-Gvern bil-kollaborazzjoni tal-Uffiċju tal-President.

Din hija t-tieni leġiżlatura li se tkun qed tiltaqa’ fil-bini l-ġdid tal-Parlament fid-daħla tal-Belt Valletta. Il-Parlament l-antik kien jiltaqa’ fil-Palazz tal-President tal-Belt.