Futbol Sport

Tazza tal-Konfederazzjonijiet: Jikkwalifikaw il-Messiku u l-Portugall minn Grupp A

Il-plejers Portugiżi jiċċelebraw wara l-ewwel gowl (Ritratt: Getty Images)

Il-Messiku u l-Portugall huma l-ewwel żewġ timijiet li kkwalifikaw għas-semifinali minn Grupp A wara li t-tnejn rebħu l-konfronti tagħhom biex għaddew b’seba’ punti, iżda l-Portugall spiċċaw fl-ewwel post minħabba differenza ta’ gowls aħjar.

Il-Portugall għelbu lil New Zealand 4-0. Iċ-Champions Ewropej daħlu jistrieħu 2-0 minn fuq wara li Cristiano Ronaldo fetaħ l-iskor minn penalty fit-33 minuta, bl-akkwist il-ġdid ta’ Manchester City Bernardo Silva jirdoppja l-iskor ħames minuti wara. Andrè Silva għalaq il-logħba fit-80 minuta bi ġmiel ta’ gowl, bis-sostitut Nani jissiġilla r-rebħa bir-raba’ gowls fid-90 minuta.

Il-Messikani temmew it-tamiet tal-organizzaturi li jaslu mal-aħħar erbgħa wara li rebħu 2-1. Kienu r-Russja li marru fil-vantaġġ fl-24 minuta minn Samedov, iżda reazzjoni immedjata