Internazzjonali

Tlett itfal u żewġ adulti jmutu b’xokk f’park tal-ilma fit-Turkija

L-inċident seħħ f’Akyazi fil-provinċja ta’ Sakarya, 100 kilometru l’bogħod minn Istanbul.

Tlett itfal u żewġ adulti li pruvaw isalvawhom tilfu ħajjithom wara li ħadu xokk f’park tal-ilma fil-Majjistral tat-Turkija.

L-inċident seħħ f’Akyazi fil-provinċja ta’ Sakarya, 100 kilometru l’bogħod minn Istanbul.

Il-persuna responsabbli mill-park, ra[el ta’ 58 sena u ibnu ta’ 30 sena qabżu fil-pixxina biex isalvaw lit-tliet itfal.

Il-ħamsa li huma ttieħdu l-isptar, pero ġew iċċertifikati mejta mill-ewwel.

Għadu mhux magħruf kif il-pixxina saret elettriċizzata.

L-awtoritajiet qalu fi stqarrija li diġà fetħu investigazzjoni fil-każ.