Fortunatament ħadd ma weġġa’ hekk kif ilbieraħ vettura nqerdet minn nirien f’Tas-Sliema.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-1.30 ta’ dalgħodu, fi Triq San Injazju, kantuniera ma’ Triq il-Kulleġġ l-Antik, bis-sewwieq jirrealizza b’dak li kien qed iseħħ, waqqaf mal-ġenb u ħareġ mill-vettura.
Minkejja li l-membri tal-Protezzjoni Ċivili kienu fil-post immedjatament, in-nar laħaq infirex għal fuq vettura oħra li kienet ipparkjata, u saret ħsara wkoll f’vettura oħra.
//= $special ?>