L-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta avża lill-pubbliku li matul il-jiem li ġejjin, it-terminal tat-tluq se jkun għaddej minn aktar bidliet hekk kif mistennija tiġi introdotta ż-Żona tal-Iskrining tas-Sigurtà l-ġdida tal-ajruport.
Dan hekk kif iż-żona ta’ sigurtà li bħalissa tinsab fuq il-pjan terran tat-terminal, se tkun qed tiġi rilokata għall-ewwel sular. Kelliema għall-ajruport spjegaw li l-maġġoranza tal-proċess ta’ tranżizzjoni se jkun qed isir tul il-ġimgħa li ġejja madanakollu filwaqt li x-xogħlijiet se jibqgħu għaddejin tul ix-xahar li ġej, iż-żona tal-iskrining tas-sigurtà l-ġdida mistennija tibda tintuża bejn nhar it-Tlieta u nhar l-Erbgħa.
Il-Kap tas-Sigurtà tal-MIA Patrick Murgo sostna hekk kif ix-xogħlijiet ikunu għaddejin il-proċeduri tas-sigurtà huma t’attenzzjoni ewlenija u għaldaqstant il-passiġġieri huma mħeġġa jkunu t-terminal tal-inqas sagħtejn qabel it-tluq skedat tat-titjira tagħhom.
//= $special ?>

