Internazzjonali

Karozza tinstaq fuq in-nies f’Newcastle, 6 feruti

Il-Pulizija ta’ Northumbria għaddejja bl-investigazzjonijiet wara li 6 persuni kellhom jittieħdu b’urġenza l-isptar, fosthom 3 itfal.

Il-każ seħħ biswit Moskea fi Newcastle, hekk kif għal xi raġuni mhux magħrufa sewwieqa ta’ 42 sena tilfet il-kontroll tal-vettura bil-konsegwenza li spiċċat saqet fuq in-nies li dak il-ħin inġabru għat-talb. Xhieda fuq il-post iddeskrivew ix-xena bħala waħda ta’ kaos sħiħ.

Madanakollu kelliema għall-awtoritajiet s’issa qed jeskludu li l-inċident kien attakk terroristiku.

Sadanittant il-Pulizija Brittanika arrestat lill-mara għal aktar stħarriġ.