Il-Forum Opportunitajiet Indaqs tal-Partit Nazzjonalista (FOIPN) fi stqarrija nnota b’sodisfazzjon li l-Partit Nazzjonalista se jivvota favur il-liġi dwar żwieġ bejn persuni tal-istess sess meta din titressaq fil-Parlament fil-ġranet li ġejjin.
L-FOIPN iddikjara li dan juri l-impenn tal-Partit Nazzjonalista fil-konfront tal-persuni tal-istess sess, tant li din il-miżura kienet waħda mill-proposti tal-programm elettorali għall-elezzjoni ġenerali li għaddiet.
Sa mit-twaqqif tiegħu, l-FOIPN kien konsistenti fil-ħidma tiegħu sabiex il-Partit Nazzjonalista jimxi ’l quddiem u jpoġġi din il-miżura fuq l-aġenda nazzjonali.
Dan biex tabilħaqq kull ċittadin fil-pajjiż ikun meqjus ugwali. Permezz ta’ din il-liġi, Malta tkun imxiet pass ieħor fl-inklużjoni soċjali li tant hi importanti sabiex kulħadd ikollu verament opportunitajiet indaqs.
//= $special ?>