Lokali

L-inċident tas-sewwieq Malti fi Sqallija aktarx seħħ minħabba ħsara fil-vettura

L-inċident fi Sqallija li fih is-sewwieq Malti Ryan Mangion tilef il-kontroll u saq għal fuq l-ispettaturi aktarx seħħ minħabba ħsara fil-vettura.

L-inċident fi Sqallija li fih is-sewwieq Malti Ryan Mangion tilef il-kontroll u saq għal fuq l-ispettaturi aktarx seħħ minħabba ħsara fil-vettura.

L-istess Mangion qal lill-investigaturi li l-pedala tal-gass tal-vettura Ford MK1 weħlet u ma kienx possibbli għalih li jnaqqas il-veloċità. F’kummenti, il-mekkanik ta’ Fanal Racing Team kompla mal-verżjoni taż-żagħżugħ Malti: “Ryan hu xufier tajjeb ħafna, esperjenzat u b’talent ta’ veru. Jekk ħareġ mit-triq sinjal li ma setax jevita l-inċident.”

Mal-verżjoni tal-Maltin komplew ukoll xi spettaturi li qalu li “l-vettura baqgħet sejra dritt barra mit-triq daqs li kieku ma kienx hemm kantuniera.”

Iżda fuq kollox hemm fattur ieħor importanti – l-ispettaturi, inkluż it-tmienja li weġġgħu, mhux suppost kienu fiż-żona fejn seħħ l-inċident. Il-kantuniera fejn seħħ kollox kienet imamrkata bħala żona perikoluża, inkluż b’tabelli li jindikaw lill-pubbliku biex ma jersaqx lejha.

Sadattant jidher li fortunatament qalbet għall-aħjar il-kundizzjoni ta’ tnejn mit-tmien spettaturi li sofrew xi ġrieħi. Mara u tifel ta’ 15-il sena ttieħdu lejn l-isptar b’ħelikopter u t-tifel kellu jiġi operat immedjatament.