Inċident serju fi Piedimonte Etneo, fi Sqallija, meta s-sewwieq Malti, Ryan Mangion ta’ 26 sena li kien qed jipparteċipa f’tellieqa tilef il-kontroll tal-vettura u spiċċa jsuq għal fuq in-nies.
Fl-inċident, li seħħ fil-11:30, weġġgħu tmien persuni fosthom tifel ta’ 15-il sena u mara li sofrew ġrieħi serji u kellhom jittieħdu għall-kura b’emerġenza permezz ta’ ħelikopter lejn l-isptar Cannizzaro ta’ Catania.
It-tifel jinsab f’qagħda kritika u kellu jiġi operat b’urġenza mal-wasla tiegħu fl-isptar.
Fuq il-post waslu l-Pulizija ta’ Randazzo u Piedimonte Etneo. Nando Salerno, l-organizzatur tal-kompetizzjoni sostna li ż-żoni ta’ periklu kienu mmarkati minn qabel u l-ispettaturi mhux support li kienu fil-post fejn seħħ l-inċident. Huwa insista li fil-post kien hemm uffiċjali tal-Pulizija imma kien impossibli li jbiegħdu lill-ispettaturi mill-post fejn mhux suppost li kienu.
Il-Federazzjoni Maltija tal-Motorsport fi stqarrija qalet li tinsab f’kuntatt kontinwu mal-kontigent Malti fi Sqallija u tawgura fejqan ta malajr lill-korruti.
Dan kollu seħħ waqt is-sitt edizzjoni tat-trofew Città di Piedimonte organizzat minn Salerno Corse.
