Ftit qabel ma rtira mix-xena politika l-ex ministru għall-Affarijiet Barranin u Membru Parlamentari Laburista George Vella żgura li ċ-chief of staff tiegħu, Leonard Sacco, jilħaq Ambaxxatur tal-Irlanda.
Kif żvelat mill-gazzetta ‘The Sunday Times of Malta’ id-deċiżjoni ta’ George Vella hi approvata kemm mill-Gvern Malti kif ukoll minn dak Irlandiż. Huwa mistenni li jinħatar fl-ewwel ġimgħat ta’ Awwissu.
Sacco, li serva bħala impjegat maċ-ċivil għal diversi snin fi ħdan il-Ministeru tal-Finanzi, ilu ma jservi bħala diplomatiku barra minn xtutna minn tal-anqas tletin sena.
Huwa ħadem ukoll fis-segretarjat ta’ George Vella meta kien Ministru tal-Affarijiet Barranin fis-sentejn li għamel fil-Gvern il-Partit Laburista mmexxi minn Alfred Sant, kif ukoll fl-aħħar erba snin tat-tmexxija ta’ Joseph Muscat fejn serva lil Vella bħala Chief of Staff.
Ghalkemm l-għajdut ta’ din il-ħatra ilhom jidwu ‘l ġimgħat, xorta waħda uffiċjali f’pożizzjonijiet għoljin għadhom ma ġewx notifikati – għal kuntrarju tal-ispirtu tar-regoli tal-ministeri li jisħqu li l-aħbar ta’ ħatriet barra minn xtutna għandhom ikunu magħrufa mill-aktar fis possibli.
Meta ġie kkuntattjat mill-gazzetta The Sunday Times of Malta, George Vella ddefenda d-deċiżjoni li ċ-chief of staff tiegħu jinħatar bħala ambaxxatur.
Aktar minn hekk huwa spjega li jinsab kburi għaliex skontu żgur li hija pożizzjoni li Leonard Sacco ħaqqu jieħu. Vella nsista li l-proċeduri sabiex jinħatar ambaxxatur bdew ħafna qabel xi ħadd kellu idea li se tfaqqa’ elezzjoni ġenerali bikrija.
L-ex Ministru kkonferma wkoll li kien hu stess li għażel lil Sacco biex jilħaq f’din il-kariga, fejn qal ukoll li l-ambaxxaturi huma simili bħal positions of trust.
Ufficjali tal-Ministeru li tkellmu mas-Sunday Times spjegaw li taħt it-tmexxija ta’ George Vella ttieħdet deċiżjoni li ma joħorġux aktar applikazzjonijiet għal persuni li jridu jaħdmu fl-ambaxxati iżda huma l-istess uffiċjali tal-Ministeru li jagħżlu l-persuni biex jimlew l-irwoli vakanti.
//= $special ?>