L-attakkant Taljan Mario Balotelli se jkun qed ikompli l-esperjenza tiegħu fi Franza wara li ġedded il-kuntratt tiegħu ma’ Nice, minkejja li kien hemm interess f’Borussia Dortmund. Balotelli li għandu 26 sena, skorja 17-il gowl fi 28 logħba mal-klabb Franċiż u għenhom biex jispiċċaw fit-tielet post fil-kampjonat u kkwalifikaw għaċ-Champions League.
Nice kkonfermaw l-aħbar ta’ Balotelli l-Ħadd wara nofsinhar li jfisser li se jibqa’ fl-Allianz Riviera biex jgħinhom jaslu sal-gruppi taċ-Champions League. L-attakkant li kellu esperjenzi ma’ Inter, Manchester City, Milan u Liverpool, ingħaqad ma’ Nice fis-sajf li għadda b’kuntratt ta’ sena wara li spiċċalu l-kuntratt ma’ Liverpool.
Mal-klabb Franċiż, Balotelli temm esperjenza negattiva ma’ Liverpool, fejn skorja 15-il gowl minn 23 logħba fil-kampjonat. Minbarra Dortmund, il-klabb Franċiż ta’ Olimpique Marseille kien fost it-timijiet interessati fit-Taljan.
It-tul fil-kuntratt ta’ Balotelli għadu mhux magħruf hekk kif Nice ma żvelawx kemm se jkun twil fil-kuntratt, iżda s-salarju hu mifhum li tnaqqas biex ikun aktar affordabbli għal klabb.
//= $special ?>