Filmat ippubblikat online minn Tribù Press juri l-mument xokkanti li l-karozza misjuqa minn sewwieq Malti baqgħet dieħla fin-nies.
L-inċident seħħ ilbieraħ f’Piedimonte Eteno fi Sqallija, meta Ryan Magro ta’ 26 sena tilef il-kontroll ta’ karozza li kien qed isuq f’tellieqa b’konsegwenza li spiċċa jsuq għal fuq in-nies.
Fl-inċident weġġgħu tmien persuni, fosthom tifel ta’ 15-il sena u mara li sofrew ġrieħi serji. Skont rapporti fil-media ta’ Sqallija, il-kundizzjoni ta’ dawn iż-żewġ persuni għadha l-istess.