Lokali

FILMAT: Mistennija sigurtà kbira għall-Isle of MTV b’470 uffiċjal tas-sigurtà

Il-pubbliku se jkun jista’ jattendi l-Isle of MTV b’moħħu mistrieħ li se jkun hemm sigurtà kbira. Filfatt, għall-Isle of MTV ta’ għada se jkun hemm mal-470 uffiċjal tas-sigurtà jgħassu l-Fosos tal-Furjana. Dawn se jkunu jikkonsistu minn 300 security u 170 Pulizija.

Dan tħabbar meta kienu qed jingħataw dettalji dwar l-Isle of MTV ta’ din is-sena f’konferenza tal-aħbarijiet ġurnata qabel dan il-festival li għal sena oħra mistenni jara eluf ta’ persuni joħonqu l-Fosos tal-Furjana biex isegwu artisti ta’ fama internazzjonali.

Dan se jkun il-ħdax-il Isle of MTV mtella’ f’Malta. Din is-sena qed jipparteċipaw The Chainsmokers, DNCE, Jonas Blue, Raye, Becca Dudley, Maya Jama, Don Diabolo, Kungs u Cheat Codes.