Ftit tal-ħin ilu, Frank de Boer tħabbar bħala manager ta’ Crystal Palace fuq kuntratt ta’ tliet snin. L-Olandiż se jkun qed jieħu post Sam Allardyce li mexxa lit-tim għas-salvazzjoni wara li daħal f’nofs l-istaġun, u se jkun l-ewwel kowċ barrani tat-tim.
De Boer kien ilu mingħajr klabb minn Novembru tas-sena l-oħra wara li kien tkeċċa mill-klabb Taljan ta’ Inter f’anqas minn tliet xhur fit-tmexxija. Il-manager ta’ 47 sena fil-passat mexxa lil Ajax fejn rebaħ erba’ kampjonat konsekuttivi bejn l-istaġuni 2010/2011 u l-2013/2014.
//= $special ?>