– Clye Pulì, PN
Id-deputat Nazzjonalista Clyde Pulì qal li l-PN hu favur l-ugwaljanza tal-persuni iżda mhux favur il-konfromità.
Fil-parlament, id-deputat Nazzjonalista Clyde Puli qal li l-parlament m’għandux jiċħad il-komprensjoni u r-rispett tal-persuni.
Hemm ċertu tħassisb dwar kif inhi formulata l-liġi u l-Oppożizzjoni se tressaq diversi proposti. L-att dwar l-unjoni ċiivli kien approvat fl-2013 wara li kien hemm qbil dwar xi forma ta’ unjoni ċivili li tirregola r-relazzjonijiet bjen persuni tal-istess sess.
Dakinhar l-ebda partit ma kien inkluda din il-proposta fil-programm elettorali. Għalhekk din il-liġi diġà tagħti d-dritt tal-unjoni ċivili u għalhekk l-Opożizzjoni mill-ewwel iddikjarat li taqbel mal-prinċipju.
Id-differenza kienet biss fl-isem għaliex dik kienet żwieġ bejn persuni tal-istess sess. Din il-liġi għandha tkun ikkunsidrata fil-kuntest tad-direzzjoni li qed jieħu l-Gvern fosthom dwar il-liġi tal-ugwaljanza li għad mhux diskussa u dwar it-tibdil imsemmi dwar il-protezzjoni tal-embrijuni.
Clyde Pulì kompla li l-gvern qed juri li jikkonfodni l-ugwaljanza mal-uniformità, li teqred id-diversità li l-liġi suppost tfittex li tipproteġi. Il-Gvern qed jagħżel li l-missier u l-omm jissejħu ġenituri u konjugi. Din mhix omissjoni innoċenti għaliex din mhix neċessarja għall-iskopijiet tal-liġi. Il-gvern ma kellux għalxiex ineħħi din it-terminoloġija. Il-PN hu favur id-diveristà iżda kontra l-uniformità.
Clyde Pulì qal li din il-liġi jista’ jkollha implikazzjoni fuq id-drittijiet tat-tfal u l-protezzjoni tal-embrijuni u sostna li t-fal m’għandhomx ikunu ikkunsidrati fl-ideoloġija tas-suq. Hu qal li l-PN hu aprtit favur il-libertà u għalhekk it-tfal għandu jkollhom protezzjoni.
//= $special ?>