-Il-Viċi-Kap tal-PN Mario de Marco
Il-PN jitlob skuża dwar deċiżjonijiet tal-passat dwar l-unjoni ċivili
Il-Viċi-Kap tal-PN Mario de Marco qal li l-PN u l-valuri tiegħu jpoġġu lill-bniedem fiċ-ċentru u għalhkek se jivvota favur din il-liġi dwar iż-żwieġ bejn persuni tal-istess sess.
Meta kien qed jitkellem fil-parlament Mario de Marco qal li l-bniedem ilu 50,000 sena fuq il-pjaneta iżda għadu qed jipprova jiddefinixxu lilu nnifsu. Hu sostna li tul is-snin il-bniedem biddel il-mod kif jgħix u tkellem dwar l-importanza tal-bażi tas-soċjetà; li huma l-imħabba u r-rispett
Dwar l-imħabba hu qal li l-imħabba hi ħielsa minn kull regola jew definizzjoni iżda għal snin sħaħ saru liġijiet dwar liema imħabba għandha tkun rikonoxxuta mis-soċjetà. Il-magna taż-żmien li tbiddel issa qed tagħraf li dan mhux ġust għax m’għandux ikun hemm limitazzjoni fuq imħabba bejn nies tal-istess nies li jixtiequ jsarrfu dik l-imħabba f’kuntratt għal għomorhom.
Mario de Marco qal li għad hemm min iħoss dan l-pass tqil u sostna li r-rispett għandu jorbot lill-bniedem f’kull liġi li jiddiskuti fil-parlament. Ir-rispett għandu jagħraf li m’għandux ikun hemm diskriminazzjoni. Aktar ma jsiru dawn il-liġijiet aktar tkun qed tissaħħaħ is-soċjetà Maltija.
Il-Viċi-Kap tal-PN talab skuża għal kemm il-PN iddiżappunta dwar dan is-settur li forsi l-PN weġġgħu b’għemilu jew bin-nuqqas ta’ għemil tiegħu. Hu talab ukoll skuża lil min ma fehemx kif il-partit li tant ta drittijiet tal-bniededm iddiżappunta f’dan is-settur.
Dakinhar li l-PN astjena fuq l-unjoni ċivili kienet l-aktar ġurnata diffiċli li fiha hu kien imeġġa politikamnet. Kienet l-iktar ġurnata li ħassejt ġo fiha, sostna Mario de Marco, li kompla li meta l-PN se jvvota favur din il-liġi issa se tkun ħafna inqas diffiċli għax inkun qed nagħmel id-deċiżjoni t-tajba. Din hi liġi li hi pass ‘il quddiem li se jkompli jsaħħaħ ir-rispett fis-soċjetà Maltija u d-dritt tal-ugwaljanza fis-soċjetà.
Mario de Marco qal li l-valuri demokristjani, li l-PN jemmen fihom, jpoġġu lill-bniedem fiċ-ċentru.
//= $special ?>