Lokali Parlament

Illum it-tieni seduta parlamentari wara l-ftuħ uffiċjali tas-Sibt li għadda

Fis-6pm, illejla tibda t-tieni seduta tal-Parlament wara l-ftuħ uffiċjali u l-ewwel seduta tas-Sibt li għadda.

Għas-Sessjoni Plenarja tal-lum, iż-żewġ naħat tal-Kamra qablu li jkun trattat l-Abbozz ta’ Liġi li jemenda l-Att dwar iż-Żwieġ u Liġijiet oħrajn, liema Abbozz se jkun ippubblikat illum stess.

L-Oppożizzjoni Nazzjonalista diġà ddikjarat li se tkun qed tivvota favur li l-Abozz ta’ Liġi jidħol fis-seħħ. B’hekk tkun riflessa l-proposta li l-Partit Nazzjonalista għamel fil-Programm Elettorali għall-elezzjoni ġenerali li għaddiet.

Fil-Parlament, id-Deputati tal-Partit Nazzjonalista se jkunu qed iressqu numru ta’ emendi fi stadju ta’ Kumitat biex l-Abbozz preżenti jiġi mtejjeb.