Futbol Sport

Imut missier Josè Mourinho fl-età ta’ 79 sena

Josè Mourinho flimkien ma' missieru Felix Mourinho ftit tas-snin ilu

Felix Mourinho li hu missier il-manager ta’ Manchester United Josè Mourinho miet fil-Portugall fl-età ta’ 79 sena. L-eks gowlkiper miet il-Ħadd f’Setubal, minkejja li l-kawża tal-mewt mhix magħrufa. Felix Mourinho lagħab ma’ Vitoria Setubal u għen lill-klabb biex jirbaħ it-Tazza Portugiża kontra Benfica fl-1965. Hu lagħab ukoll ma’ Belenenses.

Hu wara sar kowċ u direttur tal-istess klabb, filwaqt li lagħab l-unika logħba mat-tim nazzjonali fl-1972 kontra r-Repubblika tal-Irlanda. Hu se jkun midfun għada f’Setubal. Fuq Instagram, Josè Mourinho tefa’ ritratt antik ma’ missieru meta kien għadu tifel żgħir.