Lokali Parlament

Kull koppja se titpoġġa fuq l-istess livell

– Therese Comodini Cachia, PN

Id-deputat Nazzjonalista Therese Comidni Cachia qalet li kull koppja issa se titpoġġa fuq l-istess livell

Meta kienet qed titkellem fil-parlament d-deputat Nazzjonalista Therese Comodini Cachia qalet li dan l-abbozz m’għandux joħloq problemi fis-soċjetà Maltija u sostniet li l-komunitajiet m’għandhomx ikunu kontra xulxin.

Il-persuni LGBTIQ m’għandhomx ikunu diskriminati b’nuqqas ta’ tolleranza jew b’tgħajjir minħabba l-orjentazzjoni sesswali tagħhom.

Dawn jixirqilhom rispett bħala persuni sħaħ. Comodini Ccahia sostniet li l-kelma żwieġ hi importanti għall-koppji gay li jridu jiżżewġu. Hi appellat biex jissewwew il-weġgħat li saru fil-passat u biex ikun hemm rikonoxximent lejn iż-żwieġ bejn l-istess sessi.

Id-deputat Nazzjonalista kompliet li l-parlament qed idaħħal id-distinzjoni benn iż-żewġ ċivili u dak reliġjuż. Kull koppja issa se titpoġġa fuq kull livell. L-użu tal-kliem, ‘raġel’, ‘mara’, ‘omm’ u ‘missier’ għandhom jibqgħu fil-liġi, enfażizzat Comodini Cachia. Il-poplu għandu jagħżel ugwaljanza fid-diversità.