L-istazzjon tat-televiżjoni laburista ġie ordnat iħallas elf ewro f’danni lill-kandidat tal-PN David Thake. Dan wara li s-Super One xandar storja dwar direct order, bil-Qorti tgħid li l-aħbar kienet libelluża. Id-direct order li fuqu ibbaża l-istorja kollha tal-istazzjon laburista imur lura ghas-sena 2011.
Il-każ instema’ quddiem il-Magistrat Francesco Depasquale illi fis-sentenza tiegħu sab lill-editur tal-aħbarijiet tas-Super One Aleander Balzan ħati ta’ malafama fil-konfront ta’ David Thake.
Skont l-istess deċiżjoni tal-Qorti, l-aħbar kienet intiza biss biex tkisser ir-reputazzjoni ta’ David Thake.
//= $special ?>