Mara tqila u erbat itfal ittieħdu l-Isptar għall-kura wara inċident li seħħ għall-ħabta tan-12.30pm f’Birżebbuġa.
Huma kienu passiġġieri f’waħda miż-żewġ karozzi involuti fl-inċident, li seħħ fi Triq San Ġwann.
Iż-żagħżugħa ta’ 25 sena u l-erbat itfal kienu f’vettura misjuqa minn mara ta’ 50 sena, li ħabtet ma’ vettura misjuqa minn żagħżugħa ta’ 27 sena.
Iż-żewġ sewwieqa ma weġġgħux, filwaqt li l-passiġġiera ttieħdu l-Isptar għall-kura, bil-kundizzjoni tagħhom s’issa għadha mhux magħrufa.
//= $special ?>