Lokali

Mara tweġġa’ wara li ntlaqtet minn vettura f’Ħaż-Żabbar

Ambulanza - Ritratt mill-arkivji

Mara ta’ 51 sena weġġgħet wara li, għall-ħabta ta’ 11.50am, intlaqtet minn vettura fi Vjal il-Labour f’Ħaż-Żabbar.

Il-vettura kienet misjuqa minn żagħżugħ ta’ 21 sena minn Ħaż-Żabbar stess, bil-kundizzjoni tal-mara s’issa għadha mhix magħrufa.

Aktar investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.