Il-Bank Ċentrali ta’ Malta illum nieda munita taż-żewġ ewro kommemorattiva bid-disinn tat-Tempji ta’ Ħaġar Qim.
It-Tempji ta’ Ħaġar Qim għandhom uħud mill-akbar ġebel megalitiku użat fil-bini tat-tempji preistoriċi. Ħaġar Qim imur lura għal aktar minn tlett elef sena qabel Kristu. It-tempji jinsabu fil-lista tal-UNESCO bħala wirt dinji.
Din il-munita, iddisinjata minn Noel Galea Bason, ssegwi l-munita li turi t-tempji tal-Ġgantija. Il-munita tkompli wkoll is-sensiela ta’ seba’ muniti li qed jinħarġu mill-Bank li juru monumenti preistoriċi Maltin.
Minn dawn il-muniti se jsiru biss 30,000 u se jkunu qed johorgu fi stoċċijiet ta’ 25 munita.
//= $special ?>