Raġel Ingliż ta’ 42 sena mill-Gżira qed isofri minn ġrieħi serji wara li llum wara nofsinhar instab mitluq f’għadira demm f’appartament fi triq il-Gżira fil-Gżira stess.
Il-Pulizija ġew infurmati bil-każ għall-ħabta tat-tlieta u nofs.
Kif marru fuq il-post il-Pulizija sabu r-raġel mitluf minn sensih f’għadira demm.
Ir-raġel ittieħed minnufih l-isptar Mater Dei b’ambulanza fejn aktar tard ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġriehi serji.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Doreen Clarke li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin u sa issa mhux maghruf jekk f’dan il-kaz hemmx terzi persuni nvoluti.
//= $special ?>