Sewwieq ta’ mutur ittieħed l-isptar Mater Dei wara li ftit tal-ħin ilu kien involut f’inċident tat-traffiku bil-mutur fi Triq Mannarino f’Birkirkara.
L-inċident seħħ wara li s-sewwieq tal-mutur kellu mpatt ma’ karozza.
Fuq il-post waslu Pulizija kif ukoll Ambulanza li ħadet lis-sewwieq l-isptar.