Żagħżugħ ta’ 28 sena instab mejjet fid-dar t’ommu f’Ħaż-Żabbar, bil-Pulizija tissuspetta li l-mewt kienet ikkaġunata minn doża qawwija ta’ droga dan wara li l-Pulizija sabu pakkett żgħir bid-droga ħdejn il-katavru taż-żagħżugħ. Il-Katavru nstab is-Sibt li għadda.
Jirriżulta li ż-żagħżugħ kellu l-problema tad-droga, iżda kien għamel il-programm ta’ rijabilitazzjoni mid-droga.
Dwar dan il-każ inħatret inkjesta mmexxija mill-Maġistrat Anthony Vella li ħatar diversi esperti biex jassistuh.
//= $special ?>