Futbol Sport

Alex Borg u Duncan Bezzina fit-tim Malti għat-Tazza tad-Dinja

Alex Borg u Duncan Bezzzina se jiffurmaw it-tim Malti li se jieħu sehem fit-Tazza tad-Dinja organizzata mill-World Snooker Association. Dan it-tournament se jintlagħab f’Wuxi City Sports Park Stadium fil-belt ta’ Wuxi fiċ-Ċina bejn nhar it-Tnejn li ġej u l-Ħadd 9 ta’ Lulju.

Alex Borg u Duncan Bezzzina se jiffurmaw it-tim Malti li se jieħu sehem fit-Tazza tad-Dinja organizzata mill-World Snooker Association. Dan it-tournament se jintlagħab f’Wuxi City Sports Park Stadium fil-belt ta’ Wuxi fiċ-Ċina bejn nhar it-Tnejn li ġej u l-Ħadd 9 ta’ Lulju.

F’din it-Tazza tad-Dinja se jieħdu sehem 24 tim minn 23 pajjiż, biċ-Ċina se jkollhom żewġ timijiet bħala l-pajjiż organizzattiv. L-aħjar żewġ plejers minn kull pajjiż se jkunu qed jirrappreżentaw lill-pajjiż tagħhom bl-eċċezzjoni tat-tim Ingliż fejn in-numru wieħed tad-dinja Mark Selby kellu jirtira minħabba li kiseb subajh u se jkollu jieqaf għal xi ġimgħat, b’Barry Hawkins jeħodlu postu.

Fost il-favoriti li jirbħu t-Tazza tad-Dinja hemm iċ-Ċina bit-tim magħmul minn Ding Junhui u Liang Wenbo, l-Ingilterra permezz ta’ Judd Trump u Barry Hawkins u l-Iskozja bit-tim minn John Higgins u Anthony McGill.

Erba’ gruppi se jiffurmaw it-tournament b’sitt timijiet f’kull grupp. It-timijiet jilagħbu rawnd bl-ewwel tnejn jikklassifikaw għall-kwarti tal-finali. Fil-fażi tal-gruppi jintlagħbu ħames frames kull logħba, filwaqt li mill-kwarti tal-finali sa tmiem it-tournament il-logħbiet ikunu l-aqwa fuq seba’ frames.

It-tim Malti tela’ biex jilgħab fi Grupp Ċ li jinkludi lill-Ingilterra (Judd Trump u Barry Hawkins), l-Awstralja (Neil Robertson u Kurt Dunham), l-Iżvizzera (Alexander Ursenbacher u Darren Paris), Pakistan (Hamza Akbar u Shahram Changezi) u l-Iran (Hossein Vafaei u Soheil Vahedi). L-ewwel logħba tat-tim Malti tkun kontra l-Awstralja nhar it-Tnejn għal ħabta tat-8.30pm (ħin taċ-Ċina).

It-Tazza tad-Dinja se tintwera dirett fuq diversi stazzjonijiet tat-TV fosthom Eurosport u CCTV5. Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb minn fuq www.worldsnooker.com u mil-links http://www.worldsnooker.com/world-cup-draw-format/, http://www.worldsnooker.com/2017-world-cup-teams/

Tags