– Godfrey Farrugia, PD
Meta kien qed jitkellem fil-parlament dwar Heritage Malta, id-deputat Godfrey Farrugia tkellem dwar iċ-Ċimiterju tal-Addolorata fejn se joħroġ public private partnership u appella biex ikun hemm proġett ta’ konservazzjoni ta’ dan il-wirt importanti.
Hu qal li se ssir kunsiderazzjoni dwar il-ħitan u l-entratura taċ-ċimiterju iżda għandha tingħata attenzjoni partikolari għat-teżori arkitettoniċi mitluqa li għandu dan iċ-ċimiterju. Fil-kundizzjonijiet għandha tingħata attenzjoni lil dan l-aspetti għaliex iċ-ċimiterju hu wirt Ewoprew.
Għandu jsir ħsieb biex tingħata attezjoni għall-kappelli abbandunati fil-kampanja Maltija biex dawn ikunu restawrati u ma jintradmux taħt il-bini li se jiġġarraf.
Dwar il-wirt intanġibbli, Godfrey Farrugia semma l-festi u qal li hemm bżonn li dak li nbeda dwar il-Wirt Intanġibbli tal-UNESCO titkompla fl-2018.
//= $special ?>