Lokali

FILMAT: Il-Partit Nazzjonalista diġà ħallas għall-kampanja elettorali

Ara l-intervista tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil li xxandret fuq NET Television

It-tmexxija l-ġdida tal-Partit Nazzjonalista se tkun qed tidħol f’magna diġà miexja u startjata u li trid hu li tkompli tħaddimha. Dan qalu l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil waqt intervista fuq Net Television meta kien qed jitkellem dwar is-sitwazzjoni finanzjarja tal-Partit Nazzjonalista. Hu spjega kif l-ispiża tal-elezzjoni ġenerali għall-Partit Nazzjonalista kienet ta’ €1.3 miljun u li nġabru l-flus kollha, tħallsu l-kontijiet kollha u ma sarx ewro wieħed ta’ dejn.
Simon Busuttil qal li l-Partit Nazzjonalista rristruttura d-dejn kbir li kien hemm fl-antik u fuq medda ta’ ħmistax-il sena, qed jitħallsu l-pagamenti biex id-dejn ikun jista’ jinqata. “Anke fejn jidħol id-dejn antik tal-Partit, dak illum jinsab taħt kontroll,” qal Simon Busuttil, filwaqt li sostna li minkejja li lPartit Nazzjonalista tilef l-elezzjoni ġenerali, l-poplu jirrikonoxxi li lkampanja elettorali kienet waħda tajba u li l-Partit Nazzjonalista llum qam fuq saqajh u jinsab organizzat.

Simon Busuttil intervistat fl-Uffiċju tal-Parlament

Għada jiġu approvati r-regoli għall-elezzjonijiet ta’ Kap u Viċi Kapijiet ġodda

Fl-intervista, Simon Busuttil għamel referenza għall-Kunsill Ġenerali talPartit Nazzjonalista li se jsir għada biex japprova r-regolamenti għallelezzjonijiet ta’ Kap u Viċi Kapijiet ġodda. Hu fakkar li fl-2014, taħt ittmexxija tiegħu, kien inbidel l-istatut tal-Partit Nazzjonalista biex issa, laktar deċiżjoni importanti tal-Partit – dik meta jiġi elett Kap – issir mittesserati kollha tal-Partit Nazzjonalista. “Dan ifisser li l-Partit Nazzjonalista tassew qed jinfetaħ u tassew qed ikun partit tan-nies,” spjega Simon Busuttil.
Hu sostna li għada, l-Kunsill Ġenerali se jaddotta regoli ġodda biex jibdew jitħaddmu. Simon Busuttil spjega li l-proċess għall-ħatra ta’ Kap mistennija tkun li l-ewwel issir elezzjoni fil-Kunsill Ġenerali fost dawk il-persuni li jitfgħu n-nomina tagħhom biex jintgħażlu żewġ persuni. Imbagħad, it-tesserati jagħżlu fost dawk iż-żewġ persuni lil min għandu jinħatar Kap tal-Partit Nazzjonalista.

Simon Busuttil intervistat fl-Uffiċju tal-Parlament

Il-Partit Nazzjonalista qed jiffaċċja l-liġi dwar żwieġ bejn persuni tal-istess sess b’maturità, intelliġenza u għarfien tal-iżvilupp tas-soċjetà

Mistoqsi dwar l-ewwel liġi li ġiet ippreżentata fil-Parlament f’din illeġiżlatura – dik dwar żwieġ bejn persuni tal-istess sess – Simon Busuttil qal li l-Partit Nazzjonalista qed jiffaċċja b’maturità, intelliġenza u għarfien ta’ kif żviluppat is-soċjetà. Hu sostna li l-Oppożizzjoni se tivvota favur din il-liġi, filwaqt li spjega kif din ma kenitx ma kenitx deċiżjoni faċli għax hi deċiżjoni sensittiva ħafna u li mhux kulħadd fil-Partit Nazzjonalista jaqbel magħha.
Simon Busuttil semma numru ta’ raġunijiet għalfejn l-Oppożizzjoni qed taqbel ma’ din il-liġi, fosthom li wieħed irid jaffaċċja r-realtà tas-soċjetà tagħna llum, fejn hemm realtajiet bħal dik tal-komunità LGBTI li jixirqilhom id-drittijiet. Hu fakkar li fl-2014, il-Gvern Laburista għadda l-liġi dwar lunjoni ċivili li tat drittijiet u obbligi simili ta’ dawk taż-żwieġ. Minħabba dawn ir-raġunijiet, il-Partit Nazzjonalista wiegħed dan id-dritt anke filprogramm elettorali tiegħu, temm jgħid Simon Busuttil.