Lokali

FILMAT: “Ma jridux jippubblikaw rapport dwar diskriminazzjoni f’San Vinċenz De Paul”

Eks Assistent Direttur ta' San Vinċenz de Paul jitkellem dwar diskriminazzjoni f'San Vinċenz de Paul

“Kxift każijiet ta’ diskriminazzjoni fuq il-post tax-xogħol fir-Residenza San Vincenz de Paule. Iżda l-awtoritajiet tal-Gvern ċaħdu kollox. Għalhekk tlabt għall-kopja tar-rapport tal-investigazzjoni dwar dawn il-każijiet ta’ diskriminazzjoni mal-impjegati – iżda ma ridux jiżvelaw dan ir-rapport” – kliem l-eks Assistent Direttur ta’ San Vincenz De Paul Denis Tanti, fil-konfront ta’ nuqqas ta’ azzjoni u trasparenza fuq il-postijiet tax-xogħol tal-ħaddiema.

Madwar sena ilu, Denis Tanti sejjaħ għall-konferenza tal-aħbarijiet fejn stqarr li jaf b’każijiet serji ta’ diskriminazzjoni minħabba t-twemmin politiku tal-impjegati f’San Vincenz de Paul. Iżda hekk kif ħareġ bil-każijiet fil-pubbliku, hu għadda l-informazzjoni lill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku fejn din ma sabet l-ebda każ ta’ abbuż. Għaldaqstant, Denis Tanti talab għall-kjarifika billi staqsa għar-rapport tal-investigazzjoni bl-awtorita’ twieġeb fil-qosor hekk: “It-talba tiegħek sabiex tingħata kopja ta’ dan l-istħarriġ ma tistax tiġi milqugħa”.

Għal din ir-risposta – Denis Tanti stqarr li jinsab konfuż – hekk kif fuq naħa tisma’ Gvern li jgħajjat l-għajta ta’ li tista’ ma taqbilx magħna, iżda tista’ taħdem magħna – imbagħad minn naħa l-oħra l-awtoritajiet ta’ dan il-Gvern jagħmlu mod ieħor. Hekk kif fuq każijiet ta’ diskriminazzjoni politika fost il-ħaddiema, żammu r-rapport tal-investigazzjoni mistur mill-għajn tal-pubbliku – nuqqas ta’ trasparenza ċara stqarr Denis Tanti.

“Jekk tassew jara n-nazzjon magħqud u jagħti prova li huwa mhux persuna li jabbuża mill-poter li jabbuża mill-poter, il-Prim Ministru għandu joqgħod attent qabel ma jagħmel dikjarazzjonijeit bħal dik li jekk xi ħadd mill-ħaddiema li ġew trasferiti jħoss li kien vittma ta’ trasferiment politiku, dan għandu jpoġġi l-każ tiegħu għal investigazzjoni quddiem awtoritajiet bħak dik tal-Ombudsman”.

Denis Tanti apella biex min hu responsabbli jieħu azzjoni u jieħu bis-serjeta’ dawn il-każijiet ta’ diskriminazzjoni bis-serjeta’. Appella wkoll biex il-Gvern ikun trasparenti u tippubblika dan ir-rapport. Temm jgħid li issa l-ballun jinsab f’idejn l-awtorijiet responsabbli.