Lokali

FILMAT: Studenta assistita minn membri tal-Alpha Medical fl-Għadira

Studenta Franċiża li kienet fil-Bajja tal-Għadira ngħatat assistenza mill-professjonisti ta’ Alpha Medical li joffru servizz ta’ sorveljanza ta’ numru ta’ bajjiet madwar Malta.

Jirriżulta li l-istudenta żagħżugħa ħassha ħażin, kawża tax-xemx u sħana qalila li qed taħkem lil pajjiżna. Waqt li l-professjonisti preżenti fil-bajja bdew jassistuha, fil-post waslet waħda minn żewġ vetturi mediċi ta’ emerġenza tal-istess kumpanija f’temp ta’ ħames minuti.

Waqt li ngħatat l-ewwel għajnuna mill-istaff mediku, fil-post wasal ukoll tim mediku mill-Isptar Mater Dei li ħa lit-tfajla għal iżjed kura.

Filmat: Michela Bonvissuto