Lokali Parlament

Għandu jitħalla wirt wara l-Belt Kulturali 2018

– Karl Gouder, PN

Meta kien qed jitkellem fil-parlament dwar Heritage Malta d-deputat Nazzjonalista Karl Gouder qal li hu importanti ħafna li jitħalla wirt għall-ġenerazzjonijiet futuri wara l-Belt Kulturali 2018.

Karl Gouder qal li l-Belt Kulturali 2018 se tkun opportunità għall-poplu Malti biex juri lid-dinja x’wirt għandu u dwar kif dan qed ikun amministrat biex jitħalla fl-aqwa kundizzjoni għlal-ġenerazzjonijiet futuri.

Hu qal li Muża se tkun proġett interessanti iżda ma jidhrihx li se jkun hemm proġetti infrastrutturali wara l-Belt Kulturali 2018.

Għad hawn ħafna nies li ma japprezzawx il-kultura fis-sens wiesa’ tagħha. It-tfal għandhom ikunu esposti għall-kultura. Jidher li l-entitajiet governattivi mhux qed jaħdmu flimkien għalhekk hemm entitajiet li qed jaħsbu li jagħmlu proġett u restawr propju fl-2018.

Dwar Heritage Malta, id-deputat Nazzjonalista qal li t-transfers li ngħataw kienu diżgustanti għaliex tneħħew ħafna nies b’esperjenza li issa tpoġġew f’postijiet li m’għandhomx x’jaqsmu mal-kultura. Heritage Malta se tispiċċa f’deficit ta’ nofs miljun Ewro

F’dan il-mument Claudette Buttigieg qajmet point of order wara li semgħet lill-Ministru Michael Farrugia jgħid il-kelma bullshitt fil-konfrnt tad-deputat Nazzjonalista. Fuq punt ta’ spjega l-Ministru Farrugia qal li l-kliem li qal ma kinx indirizzat lil Karl Gouder.

Meta kompla jitkellem Karl Gouder qal li l-Gvern għandu jispjega d-deficit ta’ Heritage Malta. L-ammont ta’ flus li Heritage Malta daħlet mis-siti naqas b’E200,000.

Hu qal li din is-sena kien hemm splużjoni fil-pagi ta’ Heritage Malta b’żieda ta’ iktar minn €600,000 għal €6.1 miljun. Hu tkellem dwar l-importanza ta’ data base tal-wirt storiku fil-pajjiż.

Dwar il-konservaturi, Karl Gouder qal li l-pajjiż kollu jiddependi fuq konsevaturi kwalifikati bi xjieħdu ħsieb il-wirt kulturali tal-pajjiż.

Dawn għandhom ikunu rikonoxxuti b’warrant ta’ konservaturi. Meta tkellem dwar is-sovratendenza, Karl Gouder qal li wara l-qasma tal-Awtorità tal-Ippjanar iż-żieda tal-budget kellha żieda mizera ta’ E30,000. Dan l-amont bla dubju ma jwassalx biex jilħqu l-ħtiġijiet.