Internazzjonali

Il-Bosnija: Konferma ta’ responsabbiltà Olandiża f’massakru

epa04766959 (FILE) A file picture dated 11 July 2014 shows a Bosnian Muslim woman weeping over a casket at the Potocari Memorial Center during the funeral in Srebrenica, Bosnia and Herzegovina, where 175 newly-identified Bosnian Muslims were buried. July 2015 marks the 20-year anniversary of the Srebrenica Massacre that saw more than 8,000 Bosniak men and boys killed by Bosnian Serb forces during the Bosnian war. EPA/FEHIM DEMIR PLEASE REFER TO THIS ADVISORY NOTICE (epa04766937) FOR FULL PACKAGE TEXT

Qorti tal-appell Olandiż, fil-parti kbira, ikkonfermat il-mandat tal-qorti tal-2014 li ddikjara lill-Olanda responsabbli għall-massakru ta’ 350 irġiel u subien Bosnijaċi li kienu sfaw maqtula taħt idejn il-qawwiet Serbi fl-inħawi ta’ Srebrenica.

L-Imħallef Gepke Dulek qalet li l-Olanda aġixxiet b’mod illegali meta s-suldati tagħha għaż-żamma tal-paċi, f’Lulju tal-1995, għaddew lil dawk il-Bosnijaċi lill-qawwiet Serbi u minkejja li huma kienu jafu dwar il-periklu li kienu jinsabu fih l-istess irġiel u subien.

Madankollu, l-imħallef iddeċidiet li l-Olanda mhix responsabbli ‘mija-fil-mija’ għall-massakru, peress li ħafna mill-Bosnijaċi ‘kienu se jinqatlu irrispettivament miċ-ċirkustanzi’.

Fl-istess ħin grupp li qed imexxi kampanja favur il-familji tal-massakrati insista li din id-deċiżjoni mill-qorti tal-appell għandha titqies bħala ‘inġustizzja enormi’. Kelliema għall-grupp bl-isem ‘Ommijiet ta’ Srebrenica’ sostnew li ‘l-Olanda għandha taċċetta responsabbiltà għall-vittmi Bosnijaċi għaliex il-qawwiet Olandiżi setgħu żammew lill-maqtulin kollha fil-kumpless ( tal-Olandiżi fil-Bosnija) għas-sigurtà tagħhom’.