Lokali Parlament

Il-ħaddiema fil-prekarjat aktar esposti għan-nuqqasijiet fis-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol

– Carmelo Mifsud Bonnici, PN

Id-deputat Nazzjonalista Carmelo Mifsud Bonnici qal li l-ħaddiema fil-pekarjat huma iktar esposti għan-nuqqas ta’ miżuri dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq l-post tax-xogħol.

Meta kien qed jitkellem fil-parlament dwar l-OHSA Carmelo Mifsud Bonnici qal li għad hemm informazzjoni li mhix qed tasal għand kulħadd. Hu semma li l-whistle blower act mhix qed tkun użata minkejja li din hi għodda f’idejn il-ħaddiem biex l-ambjent tax-xogħol ikun skont il-liġi.

Hu tratta l-prekarjat u qal li dawn il-ħaddiema huma iktar esposti għal ħsara fuq il-post tax-xogħol. Hemm bżonn li l-ħaddiema jkollhom l-opportunità li jirrpaportaw il-każi lil tribunal u li dan it-tribunal jkollu uffiċjal investigattiv li jinvestiga l-prekarjat fil-pajjiż. Hawn madwar 60,000 persuna li għandhom xogħol part-time, li jkunu f’riskju mnħabba li jkunu ġejjin minn xogħol ieħor.

Dwar il-ħaddiema li jinsabu fil-qorti jistennew li jitħallsu l-pagi u s-salrji tagħhom, id-deputat Nazzjonalista appella biex dawn il-ħaddiema jkollohm il-każi tagħhom solvuti. Hemm madwar 1500 każ pendenti l-qorti f’dan ir-rigward, sostna d-deputat Nazzjonalista.