Lokali Parlament

Il-ħaddiema tal-isptarijiet jeħtieġu protezzjoni fis-saħħa

– Godfrey Farrugia, PD

Id-deputat Godfrey Farrugia qal li l-ħaddiema tal-isptarijiet għandhom ikunu protetti quddiem il-perikli li hemm fis-settur tas-saħħa.

F’diskors fil-parlament dwar l-OHSA Godfrey Farrugia tkellem dwar l-attivitajiet pubbliċi u qal li jeħtieġ issir qabża biex titwaqqaf struttura ġdida biex tħares dan is-settur. Hu tkellem dwar is-saħħa u qal li billi l-ħaddiema ma jaqgħux taħt is-settur professjonali ma jkunx hemm ħarsien meta huma jagħmlu kuntatt mal-pazjenti.

Hu staqsa x’taħriġ qed jingħataw dawn il-ħaddiema biex ma jkollhomx effetti ta’ konsegwenzi fuq saħħithom. Id-Dipartiment tas-Saħħa u l-OHSA għandhom jiffukaw iktar biex dawn il-ħaddiema jkollhom it-taħriġ meħtieġ u jkunu koperti meta jġorru l-body fluids.

Godfrey Farrugia tkellem dwar l-smes u qal li dawk li jaħdmu f’żoni residenzjali fejn qed jirriżulta li mhux isiru spezzjonijiet biżżejjed f’ċertu żoni industrijali minħabba nuqqas ta’ spetturi.

L-ERA għad lanqas adottat il-miżuri ta’ prevenzjoni f’dawn iż-żoni, sostna Godfrey Farrugia, li kompla li l-gvern għandu jagħti importanza għall-istress li qed ikollhom il-ħaddiema fid-dipartimenti tal-gvern.