Il-Partit Nazzjonalista jemmen li l-komunitajiet kollha f’pajjiżna għandhom iħossuhom parti mis-soċjetà Maltija. Dan qalu l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil waqt li kien qed jindirizza l-komunità Musulmani fiċ-ċelebrazzjoni tal-Għid fid-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista.
Hu rringrazzja lil dawk li attendew talli laqgħu l-istedina u sostna li l-Partit Nazzjonalista jrid lil kulħadd iħossu parti integrali mis-soċjetà ta’ pajjiżna. Hu temm jgħid li dawn l-okkażjonijiet huma importanti biex partiti politiċi jkunu jistgħu jiltaqgħu ma’ komunitajiet differenti u jsiru jafu lil xulxin aħjar.
L-attività kienet organizzata mill-Forum Opportunitajiet Indaqs tal-Partit Nazzjonalista.
//= $special ?>