– Therese Comodini Cachia, PN
Id-deputat Nazzjonalista Therese Comodini Cachia qalet li l-patrimonju jirrifletti l-patrimonju tal-Maltin u sostniet li l-pajjiż għandu l-obbligu li jipproteġi u jagħti l-aċċessibbiltà lill-patrimonju Malti. Hi qalet li għandu jitkabbar l-għarfien iżda din ir-responsabbiltà m’għandhiex tintefa fuq l-edukaturi.
Meta kienet qed titkellem fil-parlament dwar Heritage Malta, Comodini Cachia qalet li dan hu obbligu ta’ ħafna entitajiet oħra fosthom irridu nifhmu x’inhu r-rowl tal-mużewijiet Maltin.
Filwaqt li semmiet l-ammont kbir ta’ patrimonju Malti fil-pajjiż, id-deputat Nazzjonalista qalet li l-patrimonju hu element wieħed mill-kultura ta’ Malta, li hi ħajja.
Jeħtieġ jinstab bilanċ bejn il-patrimonju tal-passat u kif dan se jitħalla għall-ġenerazzjonijiet futuri. Il-patrimonju għandu jixhed il-preżent biex jitgawda mill-ġenerazzjonijiet futuri. Hi semmiet il-ħidma li saret fuq il-Belt li tat frott għall-protezzjoni tal-patrimonju u wriet kif din iddawwwar l-ekonomija.
Comodini Cachia qalet li gvernijiet ta’ qabel kellhom viżjoni dwar il-Belt, li qabel kienet bla ħajja iżda llum hi belt mimlija ħajja bil-ftuħ ta’ lukandi u stabbilimenti oħra.
Dan l-iżvilupp għandu jsir fi pjan ħolistiku. Il-Belt tkun ħajja meta jkun hemm residenti biżżejjed u għalhekk għandu jsir stujdu dwar il-ħtiġijiet tar-residenti biex iktar nies imorru jgħixu u jabitaw fil-Belt.
Id-deputat Nazzjonalista kompliet li għandu jkun ripsett lejn iċ-ċokon tal-pajjiż quddiem il-proposti ta’ żvilupp. Għanhdom jingħataw għalhekk ir-riżorsi lis-Sovratendenza. Hi qalet li hemm opportunijiet fejn din l-entità tista’ tikkollabora mal-univeristà u ma’ entitajiet oħra speċjlament meta l-entità hi mifnija bix-xogħol.
Comodini Cachia qalet li l-entità għandha toffri esperjenza prattika lill-persuni. Qed jonqsu wkoll in-numru ta’ arkeoloġisti għaliex dawn għandhom rwol importanti x’jaqdu quddiem in-numru kbir ta’ wirt storiku fil-pajjiż. Hi appellat biex tinstab soluzzjoni għall-problema tas-Salib tal-Għolja fis-Siġġiewi.
//= $special ?>