Parlament

Il-pass li jmiss hu s-saħħa psikoloġika tal-ħaddiema

-Therese Comodini Cachia, PN

Id-deputat Nazzjonalista Therese Comodini Cachia qalet li flimkien mat-tisħiħ tas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema fuq il-pot tax-xogħol, il-pass li jmiss hu li jkun hemm kunsiderazzjonijiet speċifiċi fuq is-saħħa piskoloġika tal-ħaddiema.

Meta kienet qed titkellem fil-parlament dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq ilpot tax-xogħol, Therese Comodini Cachia tkellmet dwarr l-importanza tal-Awtorità tas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA) u r-rwol tagħha biex tiggarantixxi sigurtà fuq il-post tax-xogħol.

Dwar ir-rappurtaġġ tal-każi, hi qalet li r-rapporti għandhom jaslu għand l-OHSA iżda għandhom ikunu wkoll fuq il-medja għaliex dawn iqanqlu kuxjenza dwarr x’għandhux isir. Hi sostniet li hu tajjeb li l-OHSA tkun informata immedjatament biex hi tinvestiga mingħajr dewmien. L-OHSA m’għandhiex tiddejjaq mill-media għaliex din tgħin fit-tkabbir tal-kuxjenza.

Id-deputat Nazzjonalista qalet li n-numru tal-OHSA għanud jkun faċli biex il-pubbliku jiftakru. Hi kmpliet li l-akbar sfida tibqa’ l-imprortanza li l-ħaddiema jilbsu l-ilbies protett u saħqet fuq il-priorità li min iħaddem jipprovdi s-sigurta meħtieġa. Comodini Cachia tkellemt fuq l-importanza tal-għarfien tal-liġi u sostniet li l-infruzar għandu jkun wieħed ġust skont ix-xogħol u l-makkinarju li qed jintuża.

Therese Comodini Cachia qalt li l-ogħla livelli ta’ saħħa u sigurtà għandhom jinżammu. Hu minnu li n-numru ta’ inċidenti qed jonqsu għalkemm hemm setturi li fihom ir-riskji mhux qed jonqsu. Is-sena li għaddiet weġġħu 3,000 persuna fuq il-post tax-xogħol.

Hi qalet li bħala Chairperson l-gvern kien innomina lil Deo Debattista li kien deputat Laburista u appellat biex ħatriet bħal dawn ma jkunux okkupati minn deputati iżda minn persuni indipendenti u imparzjali. Therese Comodini Cachia kompliet li l-liġi dwar is-saħħa u s-sigurtà taħseb għa-saħħa fiżika u psikoloġika u soċjali ta’ kull ħaddiem. Dan hu l-pass li jmiss flimkien mat-titjib tal-kundizzjonijiet.

Id-deputat Nazzjonalista semmiet l-inċident ta’ Paqpaqli u qalet li hemm bżonn urġenti li s-saħħa u s-sigurtà pubblika f’attivitajiet pubbliċi tittieħed bis-serjetà fejn l-awtoritajiet jaħdmu id f’id beix ikun hemm garanzija ta’ protezzjoni għall-pubbliku. Dwar it-trasparenza, id-deputat Nazzjonalista semmiet il-power station ta’ Delimara u qalet li hu ttamat li l-OHSA qed ieħu miżuri meħtieġa b’serjetà.

Id-deputat Nazzjonalista semmiet is-settur tal-kostruzzjoni u qalet li wasal iż-żmien li l-konklużjonijiet tal-NAO għandhom jingħataw l-attenzjoni meħtieġa. Ir-rapport tal-NAO jistqarr li fil-kostruzzjoni hemm uffiċjali tal-gvern li jħossuhom ‘il fuq fil-liġi fejn il-gvern naqas li jerfa’ r-responsabbiltà. Hemm entitajiet governattvi li mhumiex jipprovdu l-informazzjoni neċessarja lill-OHSA. Dan kollu juri kemm iċ-Chairman għandu jkun oġġettiv u imparzjali.

Fl-2016 l-OHSA irċeviet 30 rapport dwar l-asbestos s-sena li għaddiet. Dan hu materjal perikoluż li jikkaġuna mard qawwi li jista’ jwassal għall-mewt. L-OHSA għad kif bdiet tiżviluppa linji gwidi dwar dan is-settur għalkemm il-pajjiż ilu konxju minn dawn il-problemi ferm qabel.