Lokali

Il-Presidenza tal-UE fuq l-aġenda tal-President tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri

Il-Presidenza Maltija tal-Unjoni Ewropea kienet waħda mit-temi diskussi waqt laqgħa bejn il-President tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri Klaus-Heiner Lehne u l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil fid-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista l-Pietà.

Matul il-laqgħa ġie spjegat li l-President tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri ħa l-okkażjoni tal-aħħar ġimgħa tal-Presidenza Maltija tal-Unjoni Ewropea biex ikun jista’ jippreżenta l-ħidma tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri fost ir-riformi li qed isiru f’din l-istituzzjoni. 

Minn naħa tiegħu, Simon Busuttil spjega kif il-Partit Nazzjonalista appoġġja l-Presidenza tal-Unjoni Ewropea, u fakkar li f’Marzu li għadda, f’Malta ġie organizzat il-Kungress tal-Partit Popolari Ewropew li kien ta suċċess kbir.