Lokali

In-Nazzjon illum

Il-problema kbira tad-droga fil-Ħabs ta’ Kordin kif jistqarru residenti tal-Prison Inmates Programme (PIP), tingħata prominenza fl-ewwel paġna tal-ġurnal In-Nazzjon tal-lum. Din l-istqarrija – li fil-Ħabs tħossok qisek għadek fit-triq u li flok il-Ħabs jgħinek ikissrek – u esperjenzi oħrajn simili, saru fil-Jum tal-Gradwazzjoni għar-residenti li temmew b’suċċess il-programm ta’ riabilitazzjoni mid-droga. Għal dawn l-istqarrijiet kien hemm ukoll ir-reazzjoni tal-President ta’ Malta u tal-Arċisqof li kienu preżenti għas-serata ta’ gradwazzjoni.

Stejjer oħrajn fil-ġurnal jittrattaw id-dibattitu lil sar ilbieraħ fil-Parlament dwar l-ewwel abbozz ta’ liġi li beda jiġi diskuss f’din il-leġiżlatura ġdida – l-abbozz marbuta maż-żwieġ bejn persuni tal-istess sess.

In-Nazzjon jagħti ħarsa wkoll lejn l-aħħar tħejjijiet b’rabta mas-sigurtà għall-kunċert tal-lejla tal-Isle of MTV li se jsir Fuq il-Fosos tal-Furjana.

Minbarra l-analiżi politika ta’ kull nhar ta’ Tlieta minn Jason Azzopardi u Euchar Mizzi, Mario Schiavone jagħti ħarsa dettaljata lejn diskors importanti li għamel il-Papa Franġisku dan l-aħħar dwar kif għandna nindirizzaw il-fażi tal-adolexxenti u l-effetti ta’ dan iż-żmien.