Lokali Parlament

Jeħtieġ bidla fis-sistema elettorali

– Hermann Schiavone, PN

Id-deputat Nazzjonalista Hermann Schiavone qal li għandha issir diskussjoni dwar bidla fis-sistema elettorali biex jinqatgħu l-inġustizzji li għandha din is-sistema.

Fl-ewwel aġġornament tiegħu fil-parlament, id-deputat Nazzjonalista tkellem dwar is-sistema elettorali u qal li din is-sistema kienet impost fuq Malta 100 sena ilu. Din hi sistema li għandha ħafna tajjeb iżda li l-konsegwenza mhux tajjeb kienu ta ġid għal-poplu għaliex tinċentiva l-kuntatt kontinwu mal-elettorat.

F’din is-sistema l-kandidati huma f’komeptizzjoni bejniethom u għalhekk ma jistgħux jiddiskitnwgu fuq policies. In-nies m’għandhomx jiġġudikaw lill-politiċi fuq l-affarijiet li dawn jagħtu iżda għandhom jiddistingwu lill-politiċi għax-xogħol li huma jwettqu.

Din is-sistema ma kinitx dejjem ġusta mal-kandidati.
Hu qal li l-konvenzjoni li se ssir fix-xhur li ġejjin se tkun ta’ opportunità biex ikunu ndirizzati n-nuqqasijiet tas-sistema.

Ħafna mill-anomaliji fis-sistema qed iseħħu fl-elezzjonijiet każwali. Hermann Schiavone semma s-sistema parlamentari wżata fil-pajjiżi Nordiċi li fihom ukoll il-kwoti tan-nisa.

Għandu jkun hemm sistema li fiha t-teknokratiċi jkollhom sehem fil-gvern għaliex fil-pajjiż hawn ħafna nies kapaċi li jistgħu jagħtu kontribut. Il-pajjiż kien dejjem kapaċi li jiddiskuti s-sitema parlamentari lokali biex jissolvew il-problemi li jeżistu. Jeħtieġ li tkun ikkunsidrata wkoll sistema kif din tkun ġusta mal-kandidati.

Hermann Schiavone qal li l-aħjar mod għandu jkun li tinbidel is-sistema u kompla li mhux ġust li l-kandidati jitpoġġew skont l-alfabett. Jista’ wkoll jtpoġġa ritratt fuq il-vot biex jinqatgħu dawk li jivvotaw minn fuq għal isfel.
H
ermann Schiavone tkellem dwar ir-rispett tal-opinjonijiet differenti u qal li x-xewqa tiegħu minn dejjem kienet li jservi lill-poplu mill-PN li hu l-għodda biex jagħmel dan. Hu qal li ilu 30 sena li beda din il-mixja politika.

Hu tkellem dwar diversi esperjenzi personali li żammewh mlli jkkontesta u semma kif fl-2003 kien safa’ vittma ta’ ittra anonima minkejja li kien ħareġ nadif. Minfloku dakinar ikkontesat martu biex timla l-vojt tiegħu. Id-deputat Nazzjonlaista qal li dawn id-diffikultajiet għallmuh u mmaturawh fejn mar studja u għamel dottorat fil-poliitka.

Dan għandu jkun messaġġ għal dawk li qed isofru minn inġutizzja għaliex fl-aħħar is-sewwa jirbaħ żgur.

Hu rringrazzja lil Eddie Fenech Adami li ħeġġu biex jikkontesta, lil Lawrence Gonzi tal-ħidma li wettaq u lil Simon Busuttil li tah l-opportunità li jikkontesta. Hu qal li se jikkonrtribwixxi biex is-settur pubbliku jsir iktar effiċjenit bi kritika kostruttiva.

Mhux se nattakka lill-persuni iżda l-policies u żgur li mhux se nuża l-privileġġ parlamentari biex nattakka lin-nies. Ma niddejjaq xejn nagħmel skuża jekk ikun meħtieġ, sostna Hermann Schiavone.